Minn ġurnata għall-oħra qed issir impossibbli li ta’ kull filgħodu tmur l-iskola jew tasal għax-xogħol. Jew sempliċiment tlaħħaq appuntament, jew viżta l-isptar. It-traffiku qed ikompli jgħolli rasu jum wara l-ieħor.
Dalgħodu kienet l-istess sitwazzjoni – u diversi inċidenti żgħar żgur li ma kenux ta’ għajnuna, għaliex diversi toroq arterjali spiċċaw imblukkati.
Numru sostanzjali ta’ persuni fuq il-midja soċjali ilmentaw li damu ‘l fuq minn nofs siegħa fl-istess triq.
Fuq Facebook, il-paġna Maltese Roads Traffic Updates irrappurtat li kien hemm tliet inċidenti f’daqqa fl-akwati tal-Marsa u l-Ħamrun.
Interessanti l-esperjenza li qasmet studenta partikolari meta kitbet hekk:
“Titlaq mid-dar fit-8am minħabba t-traffiku. Xorta tispicca tasal tard għax it-traffic huwa tal-biża’. Sadattant, student li jirkeb tallinja għandu sagħtejn bilwieqfa fuq tal-linja minħabba l-over population. Dan diġà qiegħed imkisser fit-8am, u għadu anqas biss wasal l-iskola.”
Is-sewwieqa qed jintalbu jgħaddu minn toroq differenti għalissa.
//= $special ?>