Il-Partit Nazzjonalista qed jaħdem biex jibqa’ jifhem dak li hemm bżonn għall-pajjiż; b’umiltà u b’ħidma sħiħa mal-imsieħba soċjali.
Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’laqgħa li kellu mal-JA Malta Foundation – Fondazzjoni li tispeċjalizza f’tagħlim dwar id-dinja tan-negozju u edukazzjoni dwar l-użu finanzjaru b’mod speċjali għaż-żgħażagħ, u li qed tenfasizza fuq il-ħtieġa ta’ bidliet li verament jagħmlu differenza.
Huwa għalhekk li ħassew il-bżonn li jniedu dokument li fih preżentaw 19-il inizjattiva għall-Budget – proposti li huma bbażati fuq tliet prinċipji: it-tagħlim finanzjarju u d-dinja tan-negozju; it-tħejjija taż-żgħażagħ għax-xogħol u l-esplorazzjoni ta’ potenzjal f’dawn iż-żgħażagħ; flimkien mal-inklużjoni.
Din il-Fondazzjoni li elenkat ħames punti fundamentali lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, fosthom li ssir policy dwar il-bżonn ta’ implimentazzjoni nazzjonali ta’ edukazzjoni dwar d-dinja tan-negozju – sa mill-iskejjel sekondarji. Li tinħoloq inizjattiva nazzjonali dwar it-tagħlim finanzjarju, flimkien ma’ introduzzjoni ta’ mentorship nazzjonali. Bil-ondazzjoni telenka wkoll l-importanza ta’ sapport kontinwu liż-żgħażagħ li huma sidien ta’ negozju.
Bernard Grech minn naħa tiegħu tenna li hija ċara, li dan il-pajjiż jeħtieġ direzzjoni ġdida, u ħtieġa politika mingħand il-mexxejja tiegħu, filwaqt li enfasizza l-importanza li nieħdu ħsieb u ngħallmu lill-ġenerazzjonijiet futuri ta’ pajjiżna.
Hu tenna li Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed jagħmel dan għaliex għandu r-rieda u l-libertà politika li għandhom bżonn il-gżejjer Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>