Lokali

Id-Dukessa żżur il-mafkar ta’ Daphne Caruana Galizia

Ritratt: British High Commission Valletta

Id-Dukessa Sophie, żaret il-mafkar ta’ Daphne Caruana Galizia, fil-Belt Valletta.

Id-Dukessa għamlet dan b’tifkira tal-memorja tal-ġurnalista, fejn iltaqgħet anke mal-qraba ta’ Daphne Caruana Galizia sabiex tifhem ix-xogħol li tagħmel id-Daphne Foundation.

Id-Duka Prince Edward u d-Dukessa Sophie jinsabu f’pajjiżna bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq is-60 sena ta’ Malta Indipendenti. Iż-żjara tagħhom tintemm għada.