Lokali

Il-PN kommess li jkompli jsaħħaħ il-ħidma tiegħu għall-ġid ta’ kulħadd – Bernard Grech

Folla mill-isbaħ laqgħet lill-Kap tal-PN Bernard Grech għal attività soċjali li saret dalgħodu fil-Qawra – attività li matulha l-Kap tal-PN kompla jispjega l-viżjoni tiegħu għall-ġid tal-pajjiż, u biex il-familji jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar.

Bernard Grech fisser kif il-PN jinsab kommess li jkompli jsaħħaħ il-ħidma tiegħu għall-ġid ta’ kulħadd; fost l-oħrajn permezz ta’ tnaqqis fit-taxxa u li l-COLA tibda tingħata sħiħa.

Fuq kollox, il-PN lest joffri direzzjoni ċara għal pajjiżna.

Għal din l-attività, il-Kap tal-PN kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino.