Hekk kif bħalissa fi Spazzju Kreattiv għaddejja l-esperjenza viżwali li tikkommemora l-ġenerazzjoni ta’ mużiċisti jazz, il-pijunieri ta’ dan il-ġeneru f’Malta liema wirja toħodna lura 90 sena, Jazz Assemblea se twassal sensiela ta’ kunċerti bis-sehem ta’ mużiċisti stabbiliti. Dawn se jittellgħu fi Spazzju Kreattiv bejn il-11 u 13 ta’ Ottubru.
Il-Ġimgħa, 11 ta’ Ottubru fis-6pm, idoqq Dominic Galea Jazztet. Fis-7pm ikun imiss lil Adrian Galea Lucas Quartet, filwaqt li fit-8pm iddoqq Angela Vella Zarb Quartet. Sfera jagħlqu llejla tal-ewwel jum ta’ kunċerti fid-9pm.
Is-Sibt ikun imis lil Joe Bibi Camilleri Trio li jiftaħ il-lejla fis-6pm. Siegħa wara jdoqq NAZCA, filwaqt li Vinny Vella Trio jdoqq fit-8pm. NOIR iġibu fi tmiemu t-tieni jum ta’ dawn il-kunċerti.
Il-Ħadd ikun l-aħħar jum, b’George Curmi ‘il-Puse’ Quartet jibda llejla fis-6pm. Warajh idoqq Lino Cauchi Trio, filwaqt li fit-8pm ikun imiss jam session.
Il-biljetti għall-weekend ta’ kunċerti minn https://kreattivita.org/…/kwadretti-jazz-jazz-assemblea/
//= $special ?>