Claudette Buttugieg, PN
Ix-Shadow Minister għall-Amministrazzjoni Pubblika, ix-Xandir Pubbliku u l-Ġlieda Kontra d-Dijabete Claudette Buttigieg, appellat fil-Parlament biex jintbagħat messaġġ konġunt favur ir-riċerka u l-innovazzjoni.
Claudette Buttigieg qalet li hemm qbil dwar kif il-Kumitat Konsultattiv jista’ jitwaqqaf. Fil-prinċipju l-PN jaqbel li jsir dak li qed isir fi Xjenza Malta, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-prinċipju tar-riċerka qed jissaħħaħ u l-pajjiż qed iħares ‘il quddiem.
Hi kompliet li l-konservazzjoni u r-riċerka fil-Palazz tal-President ġiet mill-gvern u minn entitajiet privati; l-involviment tal-privat hu element essenzjali. Hi appellat biex ikun hemm qbil dwar il-Kumitat Konsultattiv biex jintbagħat messaġġ ta’ għaqda u sens nazzjonali. Għandna obbligu lejn il-poplu, sostniet id-deputat Nazzjonalista.
Claudette Buttigieg qalet li l-pajjiż hu nieqes mill-ħassieba u jekk dawn jitgerrxu, il-pajjiż ibati. Hi enfasiizzat l-importanza tar-riċerka u appellat biex ma jkunx hemm iktar sparpaljar ta’ flus fis-settur. Il-gvern qed jagħmel sehmu iżda mhux isir biżżejjed, sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li jeħtieġ li jkun hemm konverġenzi f’dan is-settur.
Jirriżulta li l-kontribuzzjoni tal-gvern f’dan is-settur hi waħda baxxa, qalet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li r-riċerka hi waħda mill-pilastri ekonomiċi li l-PN qed jippjana għall-pajjiż.
//= $special ?>