Fi stqarrija ffirmata mis-Shadow Ministers Alex Borg u Mark Anthony Sammut, il-Partit Nazazjonalista spjega kif in-nuqqas kontinwu fis-servizzi skont l-iskedi stabbiliti tar-rotot tal-karozzi tal-linja 300 u X300 qed joħloq diżappunt u frustrazzjoni serja, speċjalment fost l-istudenti Għawdxin. Din il-kwistjoni mhux biss qed taffettwa lill-istudenti, iżda wkoll lill-ħaddiema li jiddependu mit-trasport pubbliku għall-vjaġġi ta’ kuljum tagħhom.
Il-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ lill-awtoritajiet rilevanti biex jieħdu azzjoni immedjata biex isolvu din il-kwistjoni urġenti. Huwa inaċċettabbli li minkejja l-passi li ttieħdu fl-imgħoddi biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tat-trasport tal-istudenti Għawdxin, din il-problema għadha ma ġietx solvuta.
Se nkomplu nsegwu din is-sitwazzjoni mill-qrib biex niżguraw li tinstab soluzzjoni fl-iqsar żmien possibbli. Trasport pubbliku effiċjenti huwa kruċjali biex kemm l-istudenti kif ukoll il-ħaddiema jkollhom l-aċċess meħtieġ għall-edukazzjoni u l-impjieg tagħhom mingħajr tfixkil.
Inħeġġu lil dawk kollha affettwati biex ikomplu jesprimu l-ilmenti tagħhom. Il-Partit Nazzjonalista jwiegħed li se jibqa’ jaħdem biex din is-sitwazzjoni tiġi solvuta fl-iqsar żmien possibbli.
Intant, kienet il-Malta Public Transport illi kkonfermat li huwa minnu li kien hemm problemi bir-rotta 300 mill-Belt għall-Università matul il-ġimgħa li għaddietm, f’komunikat illi bgħatet lil din il-kamra tal-aħbarijiet.
Huwa għalhekk illi l-Malta Public Transport talbet skuża lill-istudenti Għawdxin u lill-pubbliku tal-inkonvenjezna li setgħet inħolqot. Fejn spjegat illi huma impenjati sabiex jitjieb il-livell tas-servizz tat-trasport pubbliku sabiex din is-sitwazzjoni ma terġax tirrepeti ruħha.
//= $special ?>