Lokali

Pellegrinaġġ fil-Ħamrun bil-vara ta’ San Gejtanu

Ritratt: Joseph Galea

Matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Ħamruniżi ċċelebraw il-wasla tal-istatwa tal-patrun San Gejtanu mill-Belt ta’ Ruma fejn hemmhek il-Ħamruniżi ċċelebraw festa oħra f’għeluq il-500 sena mit-twaqqif tat-Teatini.
Din iċ-ċelebrazzjoni tal-wasla lura tal-vara ta’ San Gejtanu bdiet mill-Knisja ta’ San Franġisk fil-Ħamrun b’pellegrinaġġ għal Strada Rjali, il-Ħamrun, u wara ma setgħetx tonqos il-ġirja tradizzjonali tal-vara għall-Knisja Arċipretali ta’ San Gejtanu.