Raġel minn Tas-Sliema kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ fi Triq il-Marfa ftit wara t-tlieta ta’ waranofsinhar meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn vettura misjuqa mir-raġel ta’ 78 sena u vann misjuq minn raġel ta’ 55 sena minn Santa Venera.
Fil-post ġew imsejħa minnufih tim mediku tal-ambulanzi kif ukoll uffiċjali tal-Pulizija, bis-Slimiż jittieħed l-isptar għal aktar kura.
Filwaqt li l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>