John Tabone Shield Nisa
Colin Schembri
Starlites JSD 80
Athleta 61
(32-20)(11-17)(19-7)(18-16)
Din il-partita rat ir-ritorn tat-tim ta’ Athleta fil-basketball femminili wara nuqqas ta’ diversi snin. Immexxija minn Adrian Baldacchino huma kellhom players minn nursery tagħhom flimkien ma’ players li rreġistraw bħal Martina Ferrante, Nicole Vella, Camila Londono u Laura Camilleri.
Starlites, minn naħa tagħhom, ukoll kellhom tibdil drastiku fejn wara li tilfu tliet players ewlenin mill-istaġun li għadda, huma rreġistraw lil Sasha Lecuyer u Fanni Fabok flimkien ma’ aktar żgħażagħ minn tagħhom taħt it-tmexxija tal-coach il-ġdid Peter Shoults.
Starlites kellhom bidu mill-aqwa b’erba’ trippli minn Michela Zammit Cordina u Lecuyer. Athleta kellhom punti minn Londono u l-Amerikana Kennedi Williams u trippla ta’ Vella rathom inaqqsu d-distakk għal 10 punti. Għal xi ħin, iż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin għal skor ta’ 32-20.
Fit-tieni perjodu, Athleta bdew bi trippla oħra ta’ Vella u komplew inaqqsu d-distakk b’punti minn Kaya Abela u Camilleri. Lecuyer għamlet trippla oħra għal Starlites, però Athleta għamlu tmien punti oħra biex naqqsu d-distakk għal punt 36-37. Starlites wieġbu b’żewġ trippli minn Zammit Cordina u l-Amerikana Makaila Napoleon biex daħlu jistrieħu 43-38 minn fuq.
Wara l-intervall, kien hemm bidu qawwi minn Starlites fejn għamlu run ta’ 13-2 bi trippli minn Lecuyer u Mikela Riolo. Athleta waqqfuhom b’basket ta’ Vella u trippla ta’ Londono, però l-vantaġġ ta’ Starlites kien ta’ 17-il punt, 62-45.
L-aħħar taqsima kienet aktar bilanċjata fejn wara li Athleta għamlu sitt punti mingħajr risposta, iż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin għal diversi minuti. Dan ippermetta lil Starlites iżommu l-vantaġġ li kellhom u rebħu l-partita 80-61.
Starlites JSD: S. Lecuyer 19, M. Riolo 9, C. Cilia 6. P. Riolo 2, M. Zammit Cordina 13, C. Vella, M. Fenech, M. Napoleon 31, M. Sciberras, F. Fabok, Y. Ferrando, C. Curmi.
Athleta: M. Ferrante 5, N. Vella 13, M. Cassar Pickard, K. Williams 19, J. Cipriot 4, C. Londono 14, K. Abela, N. Cassar, C. Caruana, K. Abela 2, L. Camilleri 4, L. Farrugia
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Fiorentina Ciurariu.
Hibernians 72
Bettson Depiro 67
(20-16)(18-25)(23-5)(11-21)
F’partita mill-isbaħ, Hibernians ħadu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara li għelbu lil Bettson Depiro 72-67.
It-team ta’ Hibs għamel diversi tibdiliet wara staġuni deludenti fejn akkwistaw players bħal Steffi De Martino, Maria Bonett, Andie Saliba u r-ritorn ta’ Elena Cassar. Huma bidlu wkoll il-coach fejn issa se jkunu mmexxija minn Winnie Buhagiar.
Depiro li ġimgħa ilhu rebħu s-Super Cup, tilfu lil Sophie Abela li se tkompli l-karriera tagħha barra minn xtutna fil-Canary Islands, u kienu wkoll mingħajr Nicole Agius. Għal xi ħin huma tilfu wkoll lill-Amerikana Jensen Caretti b’injury li però ma kenitx gravi daqskemm dehret. Hibs ippreżentaw ukoll lill-Amerikana l-ġdida tagħhom, Mikayla Brandon, li għamlet l-ewwel punti tal-partita flimkien ma’ De Martino.
Wara punti fuq kull naħa, Julia Borg għamlet trippla għal Depiro biex naqqsu d-distakk għal basket qabel ma Hibs għamlu 5 punti oħra. Trippla fuq kull naħa ħalliet lil Hibs fuq quddiem hekk kif huma temmew l-ewwel taqsima 20-16 minn fuq.
Depiro fetħu t-tieni taqsima bi trippla ta’ Leanne Sciberras, però Saliba wieġbet għal Hibs. Borg għamlet trippla oħra però l-istess għamlet Saliba u punti ta’ De Martino ħallew lil Hibs 30-26 minn fuq. Hawn Depiro kellhom mument mill-aqwa fejn għamlu run ta’ 12-0 b’żewġ trippli ta’ Kristy Galea u baskets minn Julia Borg Xerri u minkejja trippla minn Jasmine Abela, fl-intervall Depiro daħlu jistrieħu 41-38 minn fuq.
Fit-tielet sessjoni Depiro kabbru l-vantaġġ għal sitt punti u wara minuta u nofs kienu 46-40 minn fuq. Hawn, però, Hibs ħadu kontroll tal-partita meta għamlu run qawwija ta’ 21-2 b’De Martino tidħol aktar fix-xena u tagħmel sensiela ta’ punti flimkien ma’ Brandon u Abela għal skor ta’ 61-48.
Depiro ma ċedewx u fetħu l-aħħar sessjoni b’seba’ punti mingħajr risposta biex naqqsu d-distakk għal sitt punti. Ir-risposta ta’ Hibs ġiet minn Cassar u Saliba qabel ma Depiro għamlu 8 punti oħra bi trippla ta’ Galea biex waslu sa basket ‘il bogħod għal 63-65. Hibs għamlu żewġ trippli minn De Martino u Abela biex żammew lil Depiro ‘l bogħod u ħadu l-ewwel rebħa tal-istaġun fuq skor finali ta’ 72-67.
Hibernians: M. Brandon 10, S. Vella, E. Cassar 2, A. Saliba 13, J. Abela 13, M. Bonett 7, S. De Martino 27, K. Calleja, N. Farrugia, K. Caruana, A. Mallia, J. Dabic.
Bettson Depiro: L, Catania, J Borg Xerri 8, J. Magri, J. Mallia, L. Sciberras 7, No. Agius, C. Ciantar 12, J. Caretti 1, J. Borg 21, M. Micallef, N. Borg 2, K. Galea 16.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Miguel De Flavia.
//= $special ?>