Konfermata d-data li fiha se jsir il-grilling tal-Kummissarju Ewropew nominat minn Malta, Glenn Micallef.
Dan il-proċess se jsir it-Tnejn 4 ta’ Novembru, u jibda fis-2:30pm. B’rapporti fil-midja internazzjonali jgħidu li l-iskrutinju ta’ dawk kollha nominati se jkun wieħed iebes ferm.
Micallef ingħata l-portafoll taż-żgħażagħ, il-kultura u l-isport mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.
Ursula von der Leyen insistiet li fil-formazzjoni tat-tim tagħha, imxiet skont il-kompetenzi tal-individwi. Din se tkun it-tieni Kummissjoni mmexxija minn von der Leyen.
//= $special ?>

