David Agius, PN
Ix-Shadow Minister għall-Fondi Ewropej, Sport l-ġlieda kontra l-Obesità David Agius, qal fl-Aġġornament tal-Parlament li l-gvern għandu jimplimenta deċiżjonijiet tal-Qorti dwar inġustizzja.
David Agius tkellem dwar id-deċiżjoni riċenti tal-Qorti dwar numru ta’ ħaddiema tal-PBS li għamlu kawża biex jieħdu dak li hu tagħhom fil-kuntest tal-pensjoni dovuta lilhom u l-Qorti tathom raġun.
Id-deputat Nazzjonalista insista li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għandu jagħthom il-pensjoni tagħhom u jwettaq id-deċiżjoni tal-Qorti. Din id-deċiżjoni ngħatat iktar minn sena u nfos ilu u fiha l-Qorti qalet li l-gvern għandu jħallas lil dawn il-ħaddiema u li jekk dan ma jsirx f’terminu stabbilit, il-pajjiż irid iħallas penali ta’ €650 kuljum. Dan ifisser ħlas ta’ €400,000 li l-gvern irid iħallas għaliex fil-fatt id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali baqa’ ma ħallasx lil dawn il-ħaddiema. Għalhekk dawn il-ħaddiema u familjari għadhom mingħajr il-pensjoni dovuta lilhom.
Hu tkellem dwar sentenza oħra tal-Qorti Kostituzzjoni mogħtija l-ġimgħa li għaddiet fil-kawża li għamel l-eks uffiċjal tal-Pulizija Ray D’Anastisi wara li ma kienx appuntat Deputat Kummissarju tal-Pulizija. L-Omudsman kien iddikjara li D’Anastasi għandu raġun fil-kawża tiegħu iżda l-gvern baqa’ m’għamel xejn.
Il-Qorti kkonfermat li kien hemm diskriminazzjoni kontra Ray D’Anastasi u għalhekk jeħtieġ issir ġustizzja immedjata miegħu waqt li l-uffiċjali li wettqu din id-diskriminazzjoni jinżammu responsabbli fil-Korp tal-Puizij wara li kien konfermat li kien hemm inġustizzja.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern jibqa’ silenzjuż quddiem dawn il-każi u spjega li din hi sentenza oħra li turi l-mod kif jaħdem il-Gvern Laburista. Jeħtieġ li l-pajjiż jagħti każ dak li jgħidu l-Ombudsman u l-Qrati Maltin, sostna David Agius, li kompla li l-Qorti stabbiliet li l-proċess tal-għażla kien biss paraventu biex jingħażlu persuni u mhux oħrajn.
David Agius sellem lill-għawwiem Neil Agius, li għamel suċċess bl-għawm straordinarju tiegħu, kif ukoll lil Karl Vella, li kien ta’ isipriazzjoni għas-soċjetà. Hu sellem ukoll lil diversi dixxiplini sportivi fil-pajjiż u appella biex ikun hemm investiment dirett fl-isport biex l-isportivi Maltin ikomplu jitjiebu. Jeħtieġ ukoll isiru miri biex Malta tikseb l-ewwel midalja Olimpika.
//= $special ?>