Lokali

“Il-Partit Laburista qabad it-triq tan-niżla u jeħtieġ imur fl-oppożizzjoni”

Il-Partit Laburista jeħtieġ li jmur fl-oppożizzjoni.

Hekk stqarr il-konsulent finanzjarju Paul Bonello f’intervista fuq Net Television, fejn insista li l-Gvern ta’ Robert Abela kisser il-prinċipji kollha li kien tant saħaq dwarhom qabel l-elezzjoni tal-2008.

Waqt Spotlight, Bonello saħaq li l-Labour qabad it-triq għan-niżla… u importatni li jmur fl-oppożizzjoni ħalli jirriforma ruħu.

Spjega wkoll li ħafna awtoritajiet f’Malta ma jaħdmux kif suppost għax huma maħkuma mill-Gvern.

Paul Bonello tkellem ukoll dwar il-każ ta’ Joseph Cushcieri, li kien imexxi l-MFSA.

Dwar l-ekonomija, il-konsulent finanzjarju saħaq li mhux jara setturi ekonomiċi ġodda. Dan filwaqt li qal ċar u tond li s-settur tat-turiżmu miexi ħażin.

Waqt l-intervista ma’ Trevor Degiorgio, Paul Bonello tkellem ukoll dwar il-popolazzjoni u kif Clyde Caruana kien il-moħħ wara din l-isplużjoni ta’ ħaddiema barranin.