Iktar minn 2 miljun dar u negozju fi Florida bħalissa jinsabu mingħajr dawl, dan wara li uragan ieħor kbir – imlaqqam Milton – laqgħat il-kosta tal-Punent ta’ dan l-Istat.
Numru ta’ mwiet kienu kkonfermati f’St Lucie County, madanakollu n-numru ta’ fatiltajiet għadu mhux magħruf.
Aktar kmieni, miljuni ta’ residenti bdew jaħarbu minn djarhom hekk kif il-qawwa ta’ dan l-urugan kien ta’ tlieta skont iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Urugani fl-Istati Uniti.
Dan l-urugan li issa niżel għal qawwa ta’ tnejn, laqat lil Florida ġimagħtejn biss wara li l-Urugan Helene laqat il-Kosta tal-Gulf u qatel 225 persuna fi Florida, George, South Carolina, Tennessee, Virginia u North Carolina.
Intant, l-urugan Milton ukoll spiċċa ballun politiku hekk kif il-President tal-Istati Uniti qal li dan huwa wieħed mill-agħar urugani, u stqarr li se kollu impatt katastrofiku, dan filwaqt akkuża lill-Eks President Donald Trump b’miżinformazzjoni.
U fl-aħħar ħinijiet, il-kantanta Taylor Swift tat donazzjoni ta’ 5 miljun dolaru bil-għan li tgħin lil dawk milquta mill-Urugan Helene u l-Urugan Milton.
//= $special ?>

