Xufier kellu jiġi assistit wara li nqaleb bil-vann li kien qiegħed isuq.
L-inċident seħħ fil-bypass tal-Imrieħel, fid-direzzjoni lejn Ħal Qormi, biswit ir-roundabout ta’ Triq il-Mitħna.
Uffiċjali tal-Infurzar ta’ Transport Malta qegħdin fuq il-post fejn għalqu karreġġjata waħda minn din it-triq sabiex is-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal.
Fiz-zona ssejħu wkoll il-Pulizija u membri tas-CPD li intervjenew biex ineħħu kull periklu.
Net News jista’ jikkonferma li s-sewwieq ma ġarrabx feriti serji.



