Sport

Wirja pożittiva mit-tim Malti ta’ taħt il-21 sena

Kampjonat tal-UEFA ta’ Taħt il-21 sena

Grupp B

Ungerija 2       Malta 1

Minkejja li din kienet id-disa’ telfa għal Malta minn disa’ partiti, f’Nandor Hidegkuti Stadium, f’Budapest, kollox ma’ kollox kienet wirja pożittiva mit-tim Malti mmexxi minn Ivan Woods l-aktar wara li fi spazju ta’ tnax-il minuta, l-Ungerija kienet fetħet vantaġġ doppju.

L-ewwel gowl kien skorjat fit-13-i minuta wara li ANDRAS NEMETH għeleb lil Hugo Sacco. Ebda reazzjoni mit-tim Malti tant li fil-25 minuta l-Ungerija rduppjat permezz ta’ SZOMBER GRUBER. Skor ta’ 2 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima t-tim Malti kien aktar fil-partita meta fit-48 minuta, minn penalty, kien ANDREA ZAMMIT li għeleb lil Pecsi għal 2 – 1 – riżultat li bih intemmet ukoll il-partita.