Internazzjonali

Il-Libanu: Bumbardamenti qrib l-uffiċċju tal-UNICEF f’Bejrut…Numru mhux determinat ta’ tfal maqtula

Il-Viċi-Rappreżentanta tal-grupp UNICEF  fil-Libanu żvelat li l-attakki mill-ajru tal-Iżraeljani laqtu s-siti anqas minn kilometru ‘il bogħod mill-uffiċċju  tal-grupp, f’Bejrut.  

Ettie Higgins qalet li l-intensifikazzjoni tal-attakki mill-Iżraeljani għandhom iħallu riżultati katastrofiċi ‘il quddiem waqt li sostniet li nqatlu wkoll it-tfal waqt  l-aħħar azzjonijiet fuq Bejrut

Sadanittant, wieħed qed jistenni kriżi akbar tar-refuġjati fil-Libanu b’kaġun tal-konflitt u li għandha żżid mas-sitwazzjoni umanitarja ‘terribbli’ f’pajjiż li anki qed iżomm kwantitajiet ta’ refuġjati mis-Sirja….Pajjiż li fl-aħħar ħames snin iffaċċja wkoll kollass ekonomiku totali.

Il-Gvern tal-Libanu issa inkariga lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin f’Bejrut biex iħeġġeġ lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti biex jivvota għal riżoluzzjoni li ssejjaħ għal waqfien mill-ġlied sħiħ u immedjat.

Intant, il-Prim Ministru Lebaniż, Najib Miqati, qal li l-Gvern tiegħu qed jikkommetti ruħu għall-implimentazzjoni sħiħa ta’ riżoluzzjoni 1701 tan-NU li tikkonkludi l-gwerra tal-2006 bejn Iżrael u l-Ħeżbollah. Dan ukoll waqt li l-Gvern tiegħu jinsab lest biex jistazzjona lill-Armata Lebaniża qalb iz-zoni tal-fruntiera fin-Nofsinar tal-Libanu.