Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Dr Angelo Chetucuti, informa lill-amministrazzjoni tal-MFA li se jirtira mill-kariga li ilu fiha mill-2016.
Kollox jindika li Angelo Chetcuti ddecieda li jirreżenja sabiex ikompli fil-karriera tiegħu bħala avukat. L-istess Dr Chetcuti fl-aħħar xhur iltaqa’ bosta drabi mal-President tal-MFA Bjorn Vassallo, fejn infurmah bix-xewqa li jirreżenja minn Segretarju Ġenerali, bil-President tal-MFA mifhum li talbu jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu.
Angelo Chetcuti informa lill-amministrazzjoni tal-MFA f’dawn il-ġranet u għandu jinforma wkoll lill-membri tal-Assoċjazzjoni fl-Assemblea Ġenerali li għandha ssir fit-23 ta’ Ottubru.
Interessanti li min ser jilħaq minnflok Angelo Chetcuti ma jkunx deciż b’elezzjoni fl-Assemble Ġenerali, iżda jinħatar mill-President tal-MFA skont l-istess Statut tal-MFA.
//= $special ?>