Lokali

L-ajkla maskot ta’ Lazio f’Dar Bjorn

Image ref 107238042. Copyright Shutterstock No reproduction without permission. See www.shutterstock.com/license for more information.

“L-ajkla tirrapreżenta s-saħħa u l-vittorja”

Hekk sostna magħna l-bniedem li ħajtu kollha hi ddedikata għal dan l-annimal, meqjusa bħala r-reġina tas-sema. L-akjla il-mascot tat-team Taljan Lazio.

Dan l-avveniment ġie imtella’ minn Lazio Supporters Club Malta flimkien ma’ Dar Bjorn. Din l-attività ittellgħat bil-għan li jinġabru l-flus u kif ukoll bħala mument uniku għal Bjorn u l-partitarji ta’ Lazio f’pajjiżna.

Dar Bjorn f’Ħaż-Żebbuġ inbidlet f’mużew li jfakkar it-team ta’ Lazio, l-istorja u l-preżent ta’ dan it-team Taljan. Fost il-partitarji ta’ Lazio kien hemm ukoll bosta nies li attendew sabiex jaraw din l-ajkla tant popolari, mascot ewlieni tat-team ta’ Lazio.

L-falkunier Juan Barnabè l-persuna li ilu jieħu ħsib l-istess ajkla mill-2010, sostna magħna li din hija l-ewwel darba li l-ajkla qed ittir barra mill-Italja u huwa unur għalih li jinsgħab ġewwa Malta għal din l-okkażjoni speċjali.

Barnabè spjega li l-ajkla tirrapreżenta s-saħħa u l-vittorja. Din kienet ukoll ir-raġuni li l-ajkla kienet waħda mis-simboli ewlenin tal-Imperu Ruman. Lazio huwa team li ħiereġ minn Ruma, u b’hekk ukoll il-konnesjoni tal-ajkla u l-Imperu Ruman.

Preżenti kien hemm ukoll Toni Malco, l-awtur tal-innu ta’ Lazio “Vola Lazio Vola” kif ukoll Velia u Alan Donati mart u iben il-mibki Aldo Donati awtur tal-innu maħbub tal-biancocelesti “So Gia’ Du Ore”.

Preżenti wkoll kien hemm ix-Shadow Minister Nazzjonalista Charles Azzopardi.