Internazzjonali

L-Urugan Milton s’issa ħalla 14-il vittma

Fl-Istat ta’ Florida bħalissa hemm qerda totali, speċjalment fil-postijiet fejn laqtu ż-żewġ urugani kbar f’temp ta’ jiem biss ‘il bogħod minn xuxlin.

Il-komunitajiet mal-kosta ġarrbu l-aktar ħsarat… bi djar u negozji li spiċċaw biċċiet, toroq imfarrka u nuqqas ta’ provisti kemm tal-elettriku, u anke fuel u ilma. Dan filwaqt li ġew konfermati 14-il vittma… u eluf ta’ nies li spiċċaw lampa stampa wara din il-katastrofi.

Uffiċjali ta’ salvataġġ sostnew li aktar kemm joqgħod it-temp, iktar qed jintensifikaw l-operazzjonijiet ta’ tfittxija fejn in-numru ta’ mwiet x’aktarx se jkompli jiżdied fil-jiem li ġejjin.

Hu mifhum li mat-80,000 persuna fittxew ix-xelters matul il-lejl… fost miljuni oħrajn li evakwaw fil-jiem qabel u anke telqu milll-istess stat.

Minkejja l-qerda totali ta’ dan l-urugan, ħafna nies insistew li Milton ma kienx gravi daqskemm kien imbassar. Dan hekk kif l-urugan ħeles lill-akkwati ta’ Tampa minn daqqa diretta.