Raġel Ungeriż ta’ 56 sena, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti San Ġwann.
L-inċidenti seħħ għall-ħabta tas-7pm tal-bieraħ, fi Triq San Pawl fil-Belt Valletta, fejn mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li raġel ta’ 56 sena, inltaqat minn Toyota Auris li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 51 sena.
Il-Pulizija marret fil-post minnufih flimkien ma’ tim mediku u ambulanza, sabiex tingħata l-ewwel għajnuna lill-vittma.
Il-vittma, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’urġenza fejn huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejin.
//= $special ?>