Żagħżugħ Pollakk residenti Birkirkara kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fis-Siġġiewi.
Il-każ seħħ għall-ħin tal-erbgħa ta waranofsinhar fi Triq it-Tiġrija meta mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li tilef il-kontroll u konsegwenza t’hekk inqaleb.
Filwaqt li ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanza li ħa lis-sewwieq l-isptar fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji, il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>