Fi’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet, sitt plejers Maltin irrapreżentaw lit-timijiet rispettivi tagħhom fl-ewwel rawnd tal-kampjonati Taljani tat-timijiet li saru f’Colleferro.
SS Lazio TFC, irrapreżentati minn Jamie Bonnici u mmexxija mill-‘captain’ Patrick Pace, temmew l-ewwel rawnd fis-seba’ post fis-Serie A minn tnax-il tim.
Iċ-champion tad-dinja tal-Veterani, Mario Camilleri, kellu sehem importanti b’sitt rebħiet sabiex għen lill-Messina jirbħu d-disa’ post fis-Serie B.
Intant, fi Grupp A tas-Serie C, spikkaw in-neopromossi Siracusa, li temmew l-ewwel rawnd fir-raba’ post. Strumentali kien Melvin Barun biex is-Sqallin laħqu dan it-tragward.
Fl-istess kampjonat, Palermo, li magħhom jilgħab Jayden Bonnici, spiċċaw l-ewwel rawnd fis-seba’ pożizzjoni, biż-żagħżugħ ta’ 15-il sena jkollu sehem importanti.
Finalment, Reggio Calabria ta’ Spencer Conti, temmew l-ewwel rawnd fit-tieni post ta’ Grupp B tas-Serie C, żewg punti bogħod mill-quċċata tal-klassifika, li tfisser promozzjoni awtomatika ghas-Serie B.
Dawn l-istess plejers jerġgħu lura fl-azzjoni f’April għat-tieni rawnd tal-kampjonat.
//= $special ?>