“L-Unjoni Ewropea għandha tintervjeni u tiżgura illi r-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-istorbju jiġu nfurzati f’Malta”
Kliem l-MEP Nazzjonalista Peter Agius u s-Shadow Minister Alert Buttigieg, meta ssottomettew petizzjoni lill-Unjoni Ewropea dwar l-istorbju, għan-nom tar-residenti ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan.
Bl-MEP Agius jispjega kif il-ħsejjes mis-siti ta’ kostruzzjoni, proġetti u anke postijiet ta’ divertiment dejjem kienu fost l-aktar affarijiet li jikkaġuna inkonvenjent għar-residenti.
Kien is-Shadow Minister Albert Buttigieg li enfasizza illi r-residenti jħossuhom waħedhom u maqbuda bejn il-kummerċjal privat, xogħolijiet fit-toroq u proġett ta’ bini li joħloq l-istorbju f’kull ħin tal-ġurnata li jaqbeż il-limiti legali, u l-awtoritajiet li jidhru li qed jaġixxu.
Intant, huma spjegaw illi din il-petizzjoni, bħala parti minn ‘Stop the noise’ campaign, se jkun qed isir appell lil dawk kollha ta’ rieda tajba biex jingħaqdu f’din il-petizzjoni online.
Hekk kif tennew li din il-petizzjoni hija opportunità sabiex ir-residenti ta’ Tas Sliema u San Ġiljan ikollhom iċ-ċans jgħixu ħajjithom fil-paċi.
//= $special ?>