Il-kanċer tas-sider huwa t-tieni l-iktar kanċer komuni. Però, iktar għarfien dwar is-sintomi jista’ jwassal għal rata ogħla ta’ fejqan.
Kien għalhekk li s-Sibt waranofsinhar il-Fondazzjoni Action for Breast Cancer organizzat attività fil-Pjazza ta’ Buġibba li fiha tqajmet iżjed kuxjena dwar il-kanċer tas-sider.
Din l-attività bdiet b’sezzjoni ta’ pilatis fejn nisa ta’ kull età, minn tfal sa adulti, ħadu sehem. Sussegwentament, l-attività kompliet b’diskussjoni li saret bil-parteċipazzjoni ta’ tobba li jaħdmu viċin tal-pazjenti li għandhom il-kanċer tas-sider.
Fil-pjazza, waqt din l-attività, kien hemm ukoll attivitajiet oħra għat-tfal, fosthom face painting, kif ukoll promozzjoni għad-donazzjonijiet tad-demm.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Action for Breast Cancer Foundation, Esther Sant, spjegat li din l-Fondazzjoni għadha kemm ordnat żewġ magni ġodda grazzi għad-donazzjonijiet tan-nies.
Għall-ħabta tas-sagħtejn, dawk preżenti fil-pjazza ta’ Buġibba mxew saz-zona tal-Aquarium. Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll il-Whip tal-Partit Nazzjonalista, Robert Cutajar u x-Shadow Minister Claudette Buttigieg.
//= $special ?>