Internazzjonali

Il-Pulizija Amerikana ssib ammont ta’ droga f’borża bil-kliem ‘żgur mhux mimlija droga’

ll-pulizija Amerikana sabet ammont sostanzjali ta’ droga wara li waqfet vettura f’Portland u għamlet tfittxija fuq is-sewwieq u l-passiġġiera.

Meta twaqqfu, il-pulizija sabet miżien, flus kontanti, arma tan-nar, u borża tal-make up mimlija droga, ironikament bil-kliem fuqha jgħid “żgur mhux mimlija droga”. Ġewwa nstabu aktar minn 10 gramma fentanyl u meth.

Dan apparti li qed ikun irrappurtat li l-karozza hi misruqa.

Iż-żewġ persuni ġew arrestati, bl-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.