Filwaqt li miljuni ta’ persuni telqu minn djarhom fi Florida biex jaħarbu ‘l bogħod mill-urugan imlaqqam Milton, għexieren ta’ influencers qed jissugraw ħajjithom qalb dan l-istess urugan biex iġibu l-likes fuq il-midja soċjali tagħhom.
F’filmat li tefa’ wieħed minn dawn l-influencers, Mike Smalls Jr juri kif ħareġ fir-riħ qawwi li qed jagħmel f’Tampa, Florida u ntefa’ fit-triq fuq saqqu, iżomm umbrella u pakkett noodles.
Huwa għamel dan filwaqt li kien qed inxandar b’mod dirett f’nofs ta’ urugan, fejn qal lis-segwaċi tiegħu li jekk jilħaq l-10,000 views se jkun qed jitfa’ s-saqqu fl-ilma waqt li hu jkun fuqu. U dan meta hu ma jafx jgħum tant li f’mument minnu kellu jiggranfa ma’ siġra.
Dan kollu sabiex jagħmel il-flus filwaqt li jissogra ħajtu.
Fl-aħħar jiem, l-awtoritajiet talbu lir-residenti biex iħallu kollox warajhom u jevakwaw minn djarhom għas-sigurtà tagħhom.
//= $special ?>