Lokali

Ingliż jitlef ħajtu waqt li kien qed jogħdos fiċ-Ċirkewwa

Ingliż ta’ 66 sena tilef ħajtu waqt li aktar kmieni dalgħodu kien qiegħed jogħdos fiċ-Ċirkewwa.

Kienu madwar il-11 am, xħin intalbet l-għajnuna hekk kif bugħaddas kien jinsab f’diffikultà u li kien ittella’ mill-baħar minn xi nies li kienu miegħu.

Huwa beda jingħata l-assistenza medika u ftit wara ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Sfortunatament hu miet ftit tal-ħin wara l-isptar.

Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha fuq dan l-inċident, filwaqt li nħatret inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud.