Illum fuq NET Television mill-5.10 pm ‘l quddiem jingħata bidu għall-ewwel programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli. Din is-sena hija s-27 sena li SPORT EXTRA żamm l-appuntament mad-dilettanti tal-isport lokali filwaqt li jibqa’ l-aktar programm li ilu jixxandar fejn saru 837 programm u xejn anqas minn 3200 intervista fosthom ma rebbieħa Olimpici u champions tad-dinja.
L-edizzjoni ta’ din is-sena mhux se tkun nieqsa milli tkun ta’ servizz għall-isport Malti fejn l-ewwel programm enfażi fuq ir-Regatta Nazzjonali 8 ta’ Settembru li din is-sena intrebħet mill-klabb tal-Birgu. Flimkien mal-cameraperson Ramon Farrugia , intervisti ma’ wħud mill-protagonisti ewlenin fl-edizzjoni ta’din is-sena fosthom Nigel Sant u Kieron Zammit rebbieħa fil-Kajjikki, Shazel Grima u Glynnis Mizzi li jibqgħu l-koppja mhux megħluba fir-Regatta tan-nisa kif wkoll Clayton Darmanin u Sven Refalo mit-tim Ta’ B’Erbgħa . Mistiedna wkoll is-Segretarju tal-Birgu Regatta Club, Chris Cassar u t-Teżorier Marlon Gakea.
SPORT EXTRA għandu lil Antoine Farrugia Lauri bħala assistent tal-produzzjoni u muntaġġi u filmati minn Ramon Farrugia.
//= $special ?>