Lokali

Jinqata’ d-dawl f’Santa Luċija, fil-Gudja u f’Ħal Għaxaq

Il-poplu Malti u Għawdxi għadu qed iħabbat wiċċu mal-kriżi tal-qtugħ tad-dawl – problema li qed tibqa’ tippersisti u li qed tissarraf f’inkonvenjenza kbira għaċ-ċittadini u għan-negozji.

Dan b’riskju serju li r-residenti jkollhom ħsarat estensivi f’numru ta’ appliances.

Aktar kmieni din is-sena kienu ġew installati generators quddiem il-bieb ta’ numru ta’ djar, kif ukoll power station temporanja li taħdem bis-diesel, però xorta waħda numru ta’ lokalitajiet qed jispiċċaw fi dlam.