Lokali

Finlandiż fil-periklu tal-mewt wara argument f’Għawdex

Finlandiż ta’ 56 sena spiċċa jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’argument quddiem stabbiliment tad-divertiment, fil-Munxar.

Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu għall-ħabta tal-0430hrs fi Triq ix-Xlendi, meta mill-ewwel indikazzjonijiet il-barrani instab mixħut mal-art minn xi nies fil-post.

Minnufih ġew imsejħa uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet Saret tfittxija ta’ persuna jew persuni li allegatament kienu involuti f’dan l-argument, li s’issa l-identità tas-suspett jew suspettati għadhom mhux magħrufa.

Kull min għandu xi informazzjoni b’rabta mal-każ għandu jinforma lill-Pulizija minnufih anke b’mod anonimu.