Andrè Muscat
MALTA………….. 1
MOLDOVA………. 0
Malta: H. Bonello, J. Borg, R. Camenzuli, G. Mentz Bohrer (L. Tabone 90+2), K. Shaw (Z. Muscat 90+2), M. Guillaumier, J. Mbong, P. Mbong (A. Satariano 71’), T. Theuma, L. Montebello (K. Reid 46’), T. Buhagiar (B. Tuma 46’)
Moldova: D. Celeadnic, O. Reabciuk, V. Baboglo, D. Marandici (M. Cojocaru 46’), A. Ioniţă (V. Stînă 76’), V. Damașcan (D. Mandrîcenco 55’), M. Caimacov, A. Craciun, V. Mudrac, S. Plătică, V. Raţă (V. Postolachi 88’)
Imwissija: K. Shaw 29’ (Mlt), O. Reabciuk 30’ (Mda), G. Mentz Bohrer 39’ (Mlt), M. Cojocaru 51’ (Mda), M. Caimacov 62’ (Mda)
Skorjaw: T. Theuma 87’ (Mlt)
Referee: John Brooks
Assistenti Referees: Simon Bennett u Daniel Robathan
Fl-Istadium Nazzjonali b’attendenza ta’ ‘l fuq minn 5,000 spettatur, f’konfront dirett fi Grupp D bejn Malta kontra l-Moldova, il-Maltin kif mistħoq ħadu l-punti massimi minn dan il-konfront.
Kurt Shaw jipprova xortih fl-20 minuta logħob wara li seraq il-ballun minn saqajn id-diffensur avversarju tiegħu, avvanza ftit metri u mid-distanza fajjar xutt, bil-goalkeeper Celeadnic f’pożizzjoni ideali salva mingħajr wisq diffikultà.
Freekick favur Malta fis-26 minuta, inkariga ruħu minnu Trent Buhagiar, li tefa’ fin-nofs fejn sab lil Boher, b’dan tal-aħħar jipprova xortih bir-ras, bil-ballun jinżel iħak14kek mal-wieqfa biex l-iskor jibqa’ ma jinfetaħx.
Din id-darba man-nofs siegħa logħob, freekick mil-lemin minn kważi nofs il-ground, ikun Theuma li nkariga ruħu minnu, bil-plejer Malti jipprova mid-distanza, bil-goalkeeper ta’ Moldova salva bi ftit diffikultà.
B’kontra attakk, il-Moldova fis-36 minuta, meta minn pożizzjoni xi ftit angolata, il-plejer bin-numru 10 Vitalie Damașcan, ifajjar xutt bix-xellugija, bil-goalkeeper Malti Henry Bonello jsalva kull periklu lejn il-lasta tiegħu.
F’taqsima mill-aktar bilanċjata, ubit-tim Malti xi ftit aħjar mill-avversarji tiegħu l-Moldova, mat-tisfira tar-referee Ingliż John Brooks għal tmiem l-ewwel taqsima, it-timijiet daħlu jistrieħu f’parita ta’ 0-0.
Wara 4 minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima l-Maltin jersqu viċin li jiżblukkaw l-iskor meta corner mill-plejer prolifiku Malti Teddy Theuma fejn il-Malti pprova l-corner dirett fil-lasta, bil-goalkeeper tal-Moldova kellu jtajjar b’diffikultà l-periklu mil-lasta tiegħu, biex żamm l-iskor f’parità ta’ 0-0.
Ħames minuti għad-90 minuta l-Maltin jingħataw penalty wara li Baboglo tal-Moldova jwaqqa’ lil Basil Tuma fil-kaxxa, bir-referee Brooks jipponta subajgħ lejn il-11-il metru. Kien Teddy Theuma li nkariga ruħu mill-penalty, bil-plejer Malti bil-kalma kollha jitfa’ l-ballun fir-rokna xellugija u lill-goalkeeper Moldovan in-naħa l-oħra tal-lasta, biex tefa’ lill-Maltin fil-vantaġġ u bil-Maltin preżenti jinfexxew f’delirju ta’ ferħ.
Il-Maltin jingħataw penalty ieħor 3 minuti fuq il-ħin regolamentari meta l-plejer Moldovan Baboglo jżomm xutt ta’ Satariano b’idejh fil-kaxxa l-kbira. Reġa’ ki’en Teddy Theuma li nkariga ruħu mill-11-il metru, iżda din id-darba b’aktar pressjoni fuqu mill-ewwel penalty, biex din id-darba tah b’saħħtu u tefgħu għoli mil-lasta avversarja.
Il-Maltin baqgħu jikkonrollaw sal-aħħar biex mat-tisfira finali tar-referee John Brooks, l-aħjar tim fil-grawnd, cioè it-tim Nazzjonali Malti, ħareġ bil-massimu tal-punti minn dan il-konfront kontra l-Moldova u tela’ jaqsam l-ewwel post tal-klassifika mal-istess Moldova b’6 punti kull wieħed.
//= $special ?>