Għawdex Lokali

Il-Kap tal-PN Bernard Grech qalb l-Għawdxin

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qatta’ l-għodwa fost l-Għawdxin, mar-residenti tan-Nadur.

Fil-pjazza tan-Nadur, il-Kap tal-PN iltaqa’ ma’ diversi Għawdxin li tkellmu miegħu dwar il-bosta diffikultajiet li qed jesperjenzaw bħalissa biex ilaħħqu mal-ħajja.

Oħrajn, faħħru l-proposti li ħabbar il-ġimgħa li għaddiet, b’rabta mat-tnaqqis fit-taxxa – proposti li jkomplu jibnu fuq id-diversi ideat li diġà ressaq il-Partit Nazzjonalista għall-ġid taż-żgħażagħ, il-ħaddiema u l-familji.

Matul din iż-żjara, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat minn diversi kunsillieri, deputati u anke kandidati tal-Partit Nazzjonalista għat-13-il distrett.