“Meta nitkellmu fuq kwalità tal-ħajja qed nitkellmu fuq li inti tgħix aħjar, li ma tinkwetax li l-paga mhux ħa sservik sal-aħħar tax-xahar”.
Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Benard Grech waqt attività politika organizzata fil-pjazza tan-Nadur, Għawdex.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista spjega wkoll li l-iżvilupp huwa importanti għall-pajjiżna, iżda għandu jsir b’mod responsabbli, b’mod li ma jdejjaq u jweġġa’ l-ħadd, fejn jiġi żgurat li jimxi id f’id mal-kwalità tal-ħajja. Dan għaliex kulħadd għandu d-dritt li jgħix ħajja trankwilla.
Bernard Grech saħaq li l-Partit Nazzjonalista kien, għadu u se jibqa’ jipprijoritizza l-ambjent – filwaqt li wkoll jagħti lok għall-investiment bilgħaqal.
Huwa spjega li l-ambjent mhux biss il-baħar u l-widien, imma anke l-lokalitajiet ta’ pajjiżna, id-djar tal-anzjani, l-għasses tal-Pulizija, u għalhekk għandna nieħdu ħsiehom u ninvtesu fihom.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tenna li ma għandux jintaxxa l-COLA – mhux biss biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi, imma għaliex qed jerfa’ piż tagħha l-employer Malti.
Intant, huwa spjega wkoll li fost il-proposti tal-Partit Nazzjonalista huwa li titnaqqas it-taxxa għall-ġenituri li qed irabbu lill-ġenerazzjonijet futuri, filwaqt li insista li l-Partit Nazzjonalista se joffri wkoll għajnuna lill-ġenituri li huma romol.
Bernard Grech insista li għandu r-rieda politika sabiex itejjeb il-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi. U huwa għalhekk li se jkompli jiddjaloga mal-imsieħba soċjali u l-poplu Malti u Għawdxi kollu sabiex tibqa’ tingħata direzzzjoni lil ġenituri, ħaddiema, negozjanti, fost l-oħrajn.
//= $special ?>