“Rebħa importanti” għall-UPE wara li l-Kummissarju tal-Edukazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman ikkonkluda 0li l-awtoritajiet tal-edukazzjoni ħadu deċiżjoni kontra l-liġi meta insistew li l-unions żgħar setgħu j0sejħu direttivi fuq kwistjonijiet indvidwali iżda mhux fuq kwistjo0000nijiet kollettivi.
Vincent de Gaetano, Eks Prim Imħallef u l-Kummissarju tal-Edukazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman, spjega li l-ittra li qara mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni kienet “tal-mistħijja” għax uża argument li ma kienx ibbażat fuq il-liġi industrijali ta’ Malta.
Il-UPE, kienet ressqet ilment lill-Uffiċċju tal-Ombudsman lura fi Frar tal-2024, fejn kien jgħid li l-kapijiet tal-iskejjel kienu qed jobbligaw lill-LSE’s li kienu qed jimxu mad-direttivi tal-UPE biex jippreżentaw dokument bil-kitba sabiex juru li l-membri tal-UPE setgħu jsegwu d-direttiva.
Bil-union tisħaq li l-membri ta’ unions oħrajn, li jirrappreżentaw l-impjegati tas-settur pubbliku, qatt ma ġew mitluba evidenza li turi affiljazzjoni ma’ union.
De Gaetano sab li l-awtoritajiet tal-edukazzjoni kienu qed jinsistu li bħala union żgħira ma kinitx rikonoxxuta għal skopijiet ta’ ftehim kollettiv.
Kien hawn li De Gaetano ddeskriva l-ittra miktuba minn Matthew Vella, is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, bħala ittra tal-mistħijja.
Intant, fid-dawl tar-rapport ippubblikat mill-Ombudsman, l-UPE ddikjarat rebħa storika għall-edukaturi f’Malta filwaqt li appellat għall-importanza tad-drittijiet tal-unions u l-protezzjoni tas-sieħba tagħhom minn prattiċi diskriminatorji.
//= $special ?>