Filwaqt li f’Malta l-LESA tipprovdi s-servizz tal-uffiċjali tagħha 24 siegħa kuljum, f’Għawdex is-sitwazzjoni hija differenti. B’diversi sorsi ta’ Net News jikkonfermaw li s-servizz bil-lejl huwa ineżistenti.
Fl-aħħar jiem, l-avukat Frank Anthony Tabone spjega li meta tkun involut f’inċident tat-traffiku matul illejl u titlob għas-servizz tal-LESA, mhux biss tiġi infurmat li l-uffiċjali tal-LESA f’Għawdex jaħdmu biss matul il-ġurnata, iżda jgħidulek sabiex tieħu r-ritratti inti u tirranġa inti!
Nies oħra li tkellmu ma’ dan is-sit ikkonfermawlna b’mod indipendenti li din is-sitwazzjoni saret kważi tal-biki. U l-agħar ħaġa hi li qisu kulħadd aċċettaha u ħadd mhu jitkellem.
//= $special ?>