Internazzjonali

SpaceX: Tinkiteb paġna ġdida fl-istorja tal-esplorazzjoni spazjali

Is-suċċess – wara diversi tentattivi – għall-aħħar prova tal-kumpanija SpaceX tal-imprenditur Elon Musk, qed jissemma’ bħala żblokk importanti fl-istorja tal-esplorazzjoni tal-ispazju.. Proġett li jgħin biex ‘il quddiem, il-kumpanija tkun tista’ tuża mill-ġdid materjal mill-missjonijiet u programm spazjali għal aktar provi.

Din kienet il-ħames prova u fejn il-kumpanija ta’ Musk irnexxielha taqbad il-booster kbir tar-rokit ‘Starship’ waqt l-inżul lura  fid-dinja u qabel il-proċess kien konkluż f’Texas, fl-Istati Uniti. Proġett li qatt qabel ma sar bħalu fl-istorja.

Fl-aħħar sigħat kien hemm anki suċċess ieħor għal SpaceX meta r-rokit ‘Starship’ niżel fl-Oċean Indjan u ‘skont il-kriterji tal-pjan oriġinali’ tax-xjenzati ta’ Musk.

L-inġiniera, intant, qalu li ma kinux qed jistennew li jirkupraw it-tagħmir mir-rokit  li l-inżul tiegħu għalaq paġna oħra glorjuża u storika għal SpaceX.