Internazzjonali

Arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ żewġ armi tan-nar qrib rally ta’ Donald Trump f’California

Raġel ta’ 49 sena ġie arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ shotgun u handgun qrib ir-rally ta’ Donald Trump li saret is-Sibt, f’California.

Is-suspettat, Vem Miller, kien qed isuq SUV sewda meta twaqqaf mill-Pulizija u saret tfittxija fil-vettura.

Is-servizzi sigrieti Amerikani qalu li Trump ma kienx fil-periklu, bil-ħidma tas-sigurtà tiegħu qatt ma kellha impatt minn dan l-inċident.

Mhux magħruf din il-persuna x’kienet qed tagħmel viċin ir-rally armata, bl-interrogazzjonijiet għadhom għaddejjin sabiex jifhmu eżatt x’kien il-moħħ biex din kienet armata b’żewġ armi tan-nar.

Madanakollu qed jemmnu li l-uffiċjali possibbilment irnexxielu jwaqqfu t-tielet attentat ta’ qtil fuq Trump. Dan hekk kif Trump diġa’ rnexxielu jiżgiċċa minn żewġ attentati ta’ qtil wara li ġew sparati lejh tiri ta’ armi tan-nar lejh.