Fi tmiem din il-ġimgħa, l-artist Malti Luke Cheree li huwa bbażżat f’Berlin u jirrekordja taħt l-isem ta’ Fake Ophelia, se jniedi t-tieni u l-aħħar single mill-album il-ġdid Till I Can Gain Control Again li se joħroġ fl-1 ta’ Novembru. Is-single l-ġdida se ġġib l-isem ta’ ‘Spanish Drifter’.
Luke Cheree huwa artist mużikali raffinat f’xenarju underground li l-mużika tiegħu hija alternative sofistikata, f’mumenti esperimentali li trid tismagħha aktar minn darba. L-album debuttanti tiegħu ġab l-isem ta’ For Love and Light imniedi fl-2021. L-album kien inkluda 10 tracks fosthom ‘Rose Keller’, ‘Everything’s Clear’ li tħaddan passaġġ sabiħ bis-sassafon, ‘Some of Us’ u ‘Kala, My Friend’.
Fi Frar tal-2022 nieda Wonderful And Strange Productions: Collection of Soundtracks Vol 1 li kien l-ewwel ġabra ta’ soundtracks li ntużaw fit-tliet films ta’ Rachel Micallef Somerville – ‘Burst’, ‘Rebirth’, u ‘Self’. F’Diċembru tal-istess sena ħareġ Wherever I May Find Her, Official Soundtrack għall-film qasir ta’ Rachel Micallef Sommerville, ‘Wherever I May Find Her’, iffilmjat u produċut f’Berlin. Il-mużika tikkonsisti f’kompożiżżjonijiet oriġinali u varjazzjonijiet fuq il-kanzunetta ‘Theresa’ ta’ Das Birthday Girl.
F’April li għadda, Fake Ophelia ħareġ single oħra bl-isem ta’ ‘Allerstaße, 10’.
Attwalment Fake Ophelia qed igawdi s-single kurrenti ‘Paint Sniffing Survivors’ maħruġa fuq it-tikketta My Fair Lsdy.
//= $special ?>