Protesti mil-letturi tal-MCAST.
Protesti mill-istudenti tal-MCAST.
U l-Gvern ta’ Robert Abela jibqa’ jsabbat saqajh mal-letturi tal-MCAST minkejja li l-ftehim kollettiv tagħhom ilu sentejn u disa’ xhur li skada.
Studenti li tkellmu ma’ Net News spjegaw kif dawk li qegħdin fl-aħħar sena tal-istudji tagħhom lanqas biss jafu jekk it-teżi tagħhom hix se tiġi approvata. Dan minbarra l-fatt li l-letturi ilhom bid-direttivi biex ma jagħmlux komunikazzjoni barra l-ħin tal-lezzjoni; la mal-istudenti u lanqas mal-amministrazzjoni.
Id-direttivi għadhom għadejjin minkejja l-laqgħat li kien hemm fl-aħħar jiem bejn il-Ministru Grima u l-MUT – direttivi li ma jħallux lanqas lil letturi jagħtu l-marki tal-assignments jew tat-TCA u s-symnoptic.
Il-letturi qed jitolbu sempliċiment dak li hu ta’ bid-dritt tagħhom – paga xierqa li tirrifletti x-xogħol li jagħmlu. U minkejja l-kliem sabiħ tal-Ministru, dawn il-professjonisti għadhom bla ftehim.
Dan it-tisbit tas-saqajn qed iwassal biex anka l-istudenti jbatu hekk kif qed jinqabdu proprju fin-nofs ta’ dan kollu.
Matul is-sena skoalastika l-oħra, din l-istess kwistjoni kienet waslet biex l-istudenti li ma kenux għaddew mill-eżamijiet u l-assignments kienu ħadu administrative pass. U bla dubju ta’ xejn, kif spjegaw diversi studenti li tkellmu ma’ Net News, huma tħallew fil-limbu dwar il-progress li kienu għamlu; barra l-fatt li din l-administrative pass tidher ferm kerha fuq iċ-ċertifikati tal-istudenti.
//= $special ?>