Lokali

Edizzjoni oħra tal-festival taċ-ċikkulata b’sorpriża akbar

Nhar is-Sibt se jirritorna l-festival taċ-ċikkulata li jsir ta’ kull sena fl-lokalità tal-Ħamurn. Festival li ssa sar avveniment mistenni mill-Matlin u l-Għawdxin u li jattira wkoll diversi turisti.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, sar magħruf li din is-sena se jkun hemm mad-90 stand b’varjetà ta’ ikel, ħelu u anke artiġġjanat.

Ma tonqosx ovvjament il-varjetà differenti ta’ ċikkulata mhux biss lokali iżda wkoll ċikkulata mill-Italja, il-Belġju u Dubaj fost l-oħrajn.

Tiziano Cassar, dulċier u ċikkulatier, spjega li s-sorpriża ta’ din is-sena hija relatata ma’ leġġenda tal-futbol internazzjonali.

Waqt din il-festa, ma jonqosx ukoll l-ikel li tant iħobbu l-Maltin, fosthom ir-ravjul u l-pizza… però b’differenza, hekk kif dawn se jkunu mimlijin biċ-ċikkulata.

Din is-sena se jkun hemm ukoll parkeġġ addizjonali sabiex dawk li jixtiequ jattendu jkollhom inqas problemi ta’ parking.  Waqt din l-attività se jkun hemm ukoll varjeta ta’ talent mużikali lokali.