Tal-anqas erba’ suldati ġew maqtula u madwar 60 oħra qed isofru minn xi ġrieħi wara attakk bi drone mill-Hezbollah li seħħ fuq bażi militari fuq iċ-ċentru ta’ Iżrael.
Dan l-attakk qed ikun meqjus bħala l-agħar wieħed li ħalla persuni mejta mindu l-Forzi tad-Difiża ta’ Iżrael bdiet bl-operazzjoni tagħha f’Lebanon daqs ġimagħtejn ilu.
Qed ikun stmat li mal-15,000 suldat Iżraeljan qed iservu f’Lebanon matul dan iż-żmien ta’ gwerra. B’Hezbollah li qed jimmiraw l-attakki tagħhom f’zoni iktar mifruxa li hemm popolazzjoni ikbar fejn għalkemm ma kienx hemm wisq fatalitajiet, ħarbtu sew il-ħajja tan-nies ċivili.
Membri tal-Hezbollah qalu li l-attakk qrib Binyamina kien b’ritaljazzjoni għall-attakki Iżraeljani fuq Beirut nhar il-Ħamis li ħallew 22 vittma.
//= $special ?>