Sport

Frans Mintoff jikkwalifika iżda Alex Borg eliminat fil-Kampjonat Ewropew tas-Snooker

It-tim Malta 2 fil-logħba ma' Franza

Matul r-raba’ jum tal-Kampjonati Ewropew tal-Masters tal-Irġiel tas-Snooker li qed isiru f’Albufiera, il-Portugal, Malta kellha l-impenji kemm fil-kategorija tal-individwali kif ukoll tat-timijet. Mill-kampjonati tal-Irġiel individwali bdiet il-fażi tan-knock fejn kienu fl-azzjoni wħud minn dawk li għaddew mal-aħħar 45 f’din kategorija.

F’din il-fażi, Frans Mintoff rebaħ il-konfront tiegħu kontra l-Finlandiż, Ville Pirilä, 3-1 (69-41, 59-38, 39-59, 60-40),0 iżda Alex Borg tilef bl-istess punteġġ kontra l-Olandiz, Joris Maas biex b’hekk kiwn eliminat.

Fil-fażi tal-aħħar 32, issa, Malta ser tkun irrappreżentata b’żewġ players, Philip Ciantar li ser jiltaqa’ ma’ Peter Bullen tal-Belgium, filwaqt li Frans Mintoff għandu polza xi ftit diffiċli kontra l-eks player professjonali Ingliż, Craig Steadman.

Fil-logħbiet tat-timijet, Malta lagħbet sitt partiti li minnhom rebħet tlieta. L-aħjar li marru kienu t-tim Malta 2, iffurmat minn Arthur Cachia u Frans Mintoff, li rebħu ż-żewġ logħbiet tagħhom b’punteġġ identiku ta’ 3-1 kontra Franza 3 u kontra l-uniku tim li qed jirrapreżenta lil Fillandja. Għalkemm rebħu ż-żewġ logħbiet, it-tim Malta 2 għadu ma kkwalifikax mal-aħħar 32 u kollox jiddependi mill-konfronti li jmiss.

Iż-żewġ timijiet l-oħra Maltin kellhom fortuni differenti. Alex Borg u Philip Ciantar, irreġistrati bħala Malta 1 tilfu l-ewwel logħba, 3-0 kontra l-Ingilterra 1 u aktar tard rebħu, 3-1 kontra Franza 1.

It-tim ta’ Malta 1

It-tim ta’ Malta 3