L-Eks Ministru tal-Ġustizzja Joe Brincat kien deskritt fil-Parlamet bħala politiku ġentlom, missier tal-familja u avukat li jiddefendi lill-vulnerabbli.
Il-pParlament illum waranofsinhar sellem lill-Eks Ministru tal-Ġustizzja Joe Brincat b’diskorsi mill-Prim Ministru Robert Abela, mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u b’messaġġ tal-Ispeaker Anġlu Farrugia. Għal din it-tifkira attendew fil-Parlament il-familjari tal-Eks Ministru Joe Brincat.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia sellem lil Joe Brincat u qal li Joe Brincat dejjem ħadem għal dawk li huma vulnerabbli fis-soċjetà b’sens ta’ qalb tajba u poġġa d-drittijiet tal-bneidem bħala prijorità fix-xogħol tiegħu. Il-messaġġ tal-Ispeaker Anġlu Farruga nqara mill-Aġent Speaker tal-Parlament David Agius minħabba li l-Ispeaker Anġlu Farrugia jinsab imsiefer fuq xogħol tal-Parlament.
Il-Prim Ministru Robert Abela qal li Joe Brincat kien politiku, ġentlom, avukat, ġentlom u raġel tal-familja. Hu żied li Joe Brincat kien jitkellem b’nostaġlija dwar il-perjodu meta kien Ministru tal-Ġustizzja u kien jirriferi għar-riformi li kien wettaq bi kburija. Joe Brincat kien Deputat Mexxej tal-PL għal iktar minn darba u kellu kwalitajiet li dejjem żamm saqajh mal-art f’din il-kariga.
Il-Prim Ministru qal li kien jammira lil Joe Brincat għall-mod kif jaħdem fil-Qorti fejn Joe Brincat kien jispeċjalizza fuq id-drittijiet fundamentali tal-bniedem.
Joe Brincat kellu kapaċitajiet f’dan is-settur u kien jivvaluta lill-bniedem, sostna l-Prim Ministru, li kompla li Joe Brincat baqa’ jipprattika sal-aħħar b’entużjażmu u saħħa interna bħala avukat fil-Qorti għaliex baqa’ jemmen li s-servizz lejn il-klijent kienu prijorità kbira għalih. Is-saħħa u l-kuraġġ psikoloġiċi tiegħu ma battew qatt, lanqas meta kien marad fl-aħħar tal-karriera tiegħu, sostna l-Prim Ministru
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li jinsab kuntent li l-familjari ta’ Joe Brincat jinsabu fil-Parlament għal din it-tifkira għaliex Joe Brincat ħalla legat f’diversi setturi fosthom fil-familja li għamlet sagrifiċċji kbar minħabba l-impenji politiċi tiegħu. Hu sostna li Joe Brincat għamel l-ewwel diskors fil-Parlament fl-1971 u qal li Joe Brincat kien politiku li ħadem għal dan il-pajjiż u għas-sovranità tiegħu.
Joe Brincat kellu mħabba bil-fatti lejn iż-żgħir fis-soċjetà, qal il-Kap tal-Oppożizzjoni, li kompla li Joe Brincat kellu mħabba kbira lejn il-familja u lejn il-liġi li fiha ra għodda biex dak li kien jemmen fih politikament seta’ jwettqu.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li Joe Brincat kien jagħmel kawżi bla ħlas għal numru ta’ kljienti għaliex kien jemmen b’mod ġenwin fis-sens tal-ġustizzja.
//= $special ?>