Xufier residenti Ħal Għaxaq ġie mixli b’rabta mal-mewt ta’ Michelina Farrugia ta’ 80 sena, li s-sena l-oħra kienet inqabdet taħt ir-rota ta’ karozza tal-linja privata li kienet għadha kif ħarġet minnha. Ossama Boushra ta’ 53 sena, t-Tnejn kien akkużat b’omiċidju involontarju quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella.
Il-mara minn Ħal Għaxaq kienet tilfet ħajjitha u żewġ persuni oħra ndarbu f’inċident li seħħ il-Ġimgħa, 24 ta’ Novembru tas-sena l-oħra filgħaxija għall-ħabta tas-7.20pm. f’Ħal Far. Il-vittma u sħabha kienu se jattendu attività tal-Membru Parlamentari Ewropew David Casa, li kien ħassar l-attività minħabba dan l-inċident.
L-anzjana kienet sejra għal attività f’Villa Blanche meta ntlaqet minn kowċ. Żewġ passiġġieri oħra, mara ta’ 64 u oħra ta’ 63, it-tnejn residenti Ħal Tarxien li ukoll kienu niżlin mill-istess vettura sofrew xi ġrieħi fl-inċident.
Fil-Qorti ħareġ li l-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-mara ntlaqtet minn xarabank tal-għamla Iveco li kienet niżla minnha. Ix-xufier tressaq il-Qorti b’ċitazzjoni Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi.
L-Ispettur John Sammut xhed fil-każ u spjega li l-għassa taż-Żurrieq ġiet infurmata li persuna ntlaqtet minn kowċ ftit barra Villa Blanche f’Ħal Far għall-ħabta tas-7.20pm. Il-pulizija marru fuq il-post u sabu l-“coach” u ġew infurmati mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li persuna nqabdet taħt il-“coach. Kien hemm għadira demm mal-art u x-xena ġiet issiġillata mill-pulizija.
Żewġ nisa oħra ntlaqtu wkoll bl-istaffa waqt li nizlin u ttieħdu l-Isptar Mater Dei. Il-pulizija sabu lis-sewwieq taħt xokk. Boussra qal lill-pulizija li l-“coach” kien wieqaf hekk kif il-passiġġieri kienu qed jinżlu mix-xarabank meta l-vettura f’daqqa waħda ċċaqalqet u seħħ l-inċident.
Eventwalment, l-uffiċjali tas-CPD irnexxielhom jiġbdu l-vittma minn taħt ir-roti, li ġiet iddikjarata mejta fuq il-post. Is-sewwieq ġie infurmat li kien qed jiġi arrestat. Ġurnata wara kien ġie interrogat għall-ewwel darba. Huwa qal lill-pulizija li l-“coach” ma kienx qed jaħdem sew.
Il-Qorti ħadet nota li sid il-“coach” kien ġewwa l-awla u ordnatlu biex joħroġ minħabba li ried jixhed fil-proċeduri. L-Ispettur Sammut spjega li s-sewwieq qal li l-coach kien bil-ħsara u beda jirrejżja. Meta kien interrogat it-tieni darba fit-30 ta’ Novembru 2023, huwa kien eżerċità d-dritt tiegħu għas-silenzju.
L-ispettur ippreżenta numru ta’ dokumenti fosthom l-istorja tal-“coach: u s-servizzi li sarulu. L-avukat Jason Azzopardi li qed jassisti lill-akkużat kontro-eżamina lix-xhud u talbu jispjega aktar ċar fuq il-fatt li l-klijent tiegħu “kien taħt xokk”.
l-Ispettur ikkonferma l-fatt il-pulizija sabu lis-sewwieq taħt xokk. Boussra qal lill-pulizija li l-“coach” kien wieqaf hekk kif il-passiġġieri kienu qed jinżlu mix-xarabank meta l-vettura f’daqqa waħda ċċaqalqet u seħħ l-inċident. Eventwalment, l-uffiċjali tas-CPD irnexxielhom jiġbdu l-vittma, li ġiet iddikjarata mejta fuq il-post.
L-Avukat Jason Azzopardi li qed jassisti lill-akkużat għamel il-kontro-eżami lix-xhud biex jelabora aktar fuq il-fatt li kien taħt ix-xokk. L-Ispettur spjega “li kien jidher fiżikament mhux f’postu”. Huwa kien bil-qegħda fuq bank, b’rasu mghottija, dakinhar li mort inkellmu gewwa il-‘lock up’ kien imbikkem”
Huwa ngħata il-‘police bail’ qabel ma għalqu t-48 siegħa. L-Avukat Jason Azzoaprdi staqsa dwar xi kwistjonijiet mekkaniċi fuq xi teknoloġija u xi żviluppa mill-inkjesta. L-Ispettur Sammut wieġeb li skont l-espert mekkaniku maħtur mill-qorti: “il-coach kien jaħdem perfettament u ma sab l-ebda nuqqasijiet”.
L-uffiċjal ikkonferma li n-nisa midruba waqt l-inċident kienu hemm għall-party tal-Membru Parlamentari Ewropew Dvid casa L-Avukat Alessandro Farrugia li qed jassisti wkoll lill-akkużat staqsa lill-Ispettur min kien tah l-istorja tal-kundizzjoni tal-vettura, li x-xhud wieġeb billi qal li kien is-sid tal-“coach”.
Rappreżentant tar-reġistru tal-qorti kriminali ppreżenta kopja tar-rapport tal-inkjesta Il-Prosekutur Darlene Grima talbet lill-Qorti biex testendi l-istruzzjoni lil Jean Paul Azzopardi – l-espert mekkaniku. Dan fost affarijiet oħra biex jeżamina jekk il-‘handbrake’ kienx imtella’ jew imniżżel u jkollu l-opinjoni li jista’ jkun hemm ‘coaches’ ta’ din il-kwalità. U hekk hemmx xi ħaġa li tista’ tibbajpassja dan is-‘safety featur’.
L-Avukat Jason Azzopardi: ma oġġezzjonax anzi żied biex l-imsemmi espert jirrelatta fid-dettal dwar il-mod kif jaħdem il-mekkaniżmu kollu kemm hu li permezz tiegħu tinfetaħ u tingħalaq il-bieba tal-passiġġieri tal-imsemmi trakk. Il-Qorti laqgħet din it-talba.
L-Avukat Marion Camilleri qed tasisti lis-sid il-“coach”, Raymond Abela, Il-Prosekuzzjoni q qed titmexxa mill-Avukat Darlene Grima, mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur John Sammut. L-Avukati Jason Azzopardi u Alessandro Farrugia qed jidhru għall-akkużat. Il-kaz ikompli fil-5 ta’ Novembru fil-12.15pm
//= $special ?>