Colin Schembri
Valletta Lions………….75
Hibernians………………92
(18-29)(22-21)(15-16)(20-26)
Hibernians għamlu d-debutt tagħhom fil-kompetizzjoni tas-Shield b’rebħa fuq Valletta Lions 92-75. Kien hemm wirja tajba mill-Amerikani ta’ Hibs Tederick Wolfe u Derek Brown li bejniethom qasmu 51 punt. Kienet l-ewwel sessjoni li xaqilbet il-bilanċ favur il-Pawlisti għaliex Valletta żammew il-pass mall-avversarji fi tlett sessjonijiet ta’ wara. Hibernians bdew tajjeb hekk kif fetħu l-partita b’run ta’ 7-2, b’Wolfe u Brown jibdew bill-punti tagħhom. Valletta ppruvaw jirkupraw bl-isforzi ta’ Lorenzo Anderson u Francesco Mifsud Bonnici, iżda Hibernians komplew iżidu l-pressjoni fuq id-difiża ta’ Valletta. Brown u Ivan Demcesen komplew jikkapitalizzaw fuq turnovers minn Valletta u għamlu run oħra ta’ 9-2, li għalqet is-sessjoni b’vantaġġ ta’ 29-18 favur Hibernians. Valletta ħarġu aktar determinati fit-tieni sessjoni, b’run bikrija ta’ 10-5 grazzi għall-punti ta’ Nicholas Grech b’żewġ trippli u Piotr Stelmach. Hibernians reġgħu wieġbu permezz ta’ Brown u Wolfe biex żammew l-vantaġġ favurhom. Valletta komplew bi trippla ta’ Anderson u rnexxielhom inaqqsu d-distakk għal basket 40-42 wara run ta’ 9-4. Fl-aħħar ħinijiet Hibernians għaqqdu run ta’ 8-2 biex għalqu s-sessjoni fuq quddiem 50-40.
Wara l-intervall, Hibernians żammew il-kontroll tal-partita, grazzi għal Wolfe u Demcesen li kienu ferm effettivi taħt il-basket anke b’diversi rebounds. Valletta bdew b’punti minn Eric Terry u Anderson u reġgħu naqqsu d-distakk għal 5 punti 47-52. Hibernians irkupraw b’aktar punti minn Wolfe u Brown flimkien ma’ Matthew Attard għal skor ta’ 66-55. L-aħħar sessjoni rat lil Valletta jippruvaw jagħmlu sforz finali biex jirkupraw hekk kif bdew b’run ta’ 10-6 li naqqsitilhom id-distakk għal 65-72. Hibernians però kellhom ħsibijiet oħra u għamlu run ta’ 14-8 li bdiet itemm it-tamiet ta’ Valletta li jsalvaw il-partita. Run finali ta’ 11-4 minn Hibs bi trippla ta’ Matthew Gouder rathom jagħlqu l-partita fuq skor finali ta’ 92-75.
Valletta Lions: N. Grech 12, L. Anderson 21, F.Mifsud Bonnici 5, N. Da Silva, A. Attard 2, P. Stelmach 20, A. Attard, D. Schembri, J. Camilleri, N. Vasovic 5, M. Farrugia, E. Terry 10.
Hiberians: N. Cassar, T. Wolfe 25, D. Brown 26. P. Attard 1, L. Attard, V. Kustudija, A. Axiaq 4, M. Gouder 13, M. Attard 3, M. Mallia 2, I. Demcesen 18, S. Simic.
Referees: Bernard Vassallo, Fiorentina Ciurariu, Nestor Rincon.
Athleta AtoZ 77
Starlites JSD 97
(29-17)(15-33)(17-30)(16-17)
Starlites JSD kisbu post fis-semi-finali tas-Shiled wara li kisbu t-tieni rebħa hekk kif għelbu lil Ahtleta AtoZ 97-77 u issa jikkonfonraw lil Luxol għall-ewwel post ta’ Grupp B. Starlites irkupraw lil Andrew Aquilina u Kurt Xuereb li tilfu l-aħħar partita tagħhom fil-waqt li Athleta kellhom għall-ewwel darba lil Robert Vitale. Starlites irnexxielhom isibu r-ritmu f’nofs il-partita u jieħdu kontroll tagħha, filwaqt li Athleta kienu b’saħħithom fil-bidu iżda tilfu l-momentum fit-tieni u fit-tielet perjodu. Kienu Athleta li bdew l-aħjar b’run ta’ 13-6 fejn bdew b’sensiela ta’ trippli minn Caleb Matthews u Vitale. Starlites irrispondew permezz tas-solitu Joe Davies iżda Athleta komplew bi break ta’ 10-3 u kabbru l-vantaġġ għal 23-12. Starlites irnexxielhom jirkupraw xi ftit b’punti minn Trevor Reddish, iżda kienu Athleta li temmew is-sessjoni fuq quddiem 29-19. Fit-tieni perjodu, Starlites naqqdu d-distakk għal 8 punti 25-33 hekk kif kellhom il-punti ta’ Reddish u Davis. Athleta wieġbu permezz ta’ Matthews u Kurt James biex baqgħu 8 minn fuq 40-32. Hawn Starlites għamlu run qawwija ta’ 18-4 fejn Davis sab il-basket b’mod konsistenti fosthom b’10 punti konsekuttivi għal skor ta’ 50-44 favur Starlites.
Wara l-intervall, Starlites komplew ikabbru l-vantaġġ tagħhom b’run inizjali ta’ 10-4 grazzi għal Xuereb u Ian Felice Pace. Athleta ppruvaw jirrispondu bil-punti ta’ James u Eric Abela, iżda Starlites kienu għadhom 14 minn fuq 64-50. Wara trippla fuq kull naħa minn James u Matthew Scerri, Starlites komplew iżidu l-vantaġġ b’run ta’ 14-4 speċjlament minn turnovers ta’ Athleta għal skor ta’ 80-61. Fl-aħħar perjodu, Athleta ppruvaw jagħmlu l-aħħar sforz biex inaqqsu d-distakk. Għalkemm Matthews u James għamlu diversi punti, Starlites baqgħu b’saħħithom u komplew jikkontrollaw il-partita. Reddish u Xuereb kienu strumentali f’din il-fażi, fejn Starlites għamlu run finali ta’ 11-6 fejn Luca Borg għamel żewġ trippli għall-Athleta iżda finalment kienu Starlites li ħarġu rebbieħa 97-77.
Athleta AtoZ: C. Matthews 22, K. James 24, B. Zammit, R. Vitale 10, I. Xuereb 4, L. Borg 8, E. Abela 2, A. Bozanic 2, A. Garzia, J. Cefai 5, G. Cassar, M. Azzopardi.
Starlites JSD: B. Curran 5, J. Davies 30, A. Aquilina, I. Felice Pace 3, M. Fabri 2, L. Riolo 2, M. Scerri 12, L. Farrugia 6, K. Xuereb 13, N. Sultana, K. Mortensen, T. Reddish 24.
Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Nicky Azzopardi.
Luxol Sherries Estates 127
Tigers 64
(30-10)(35-12)(37-15)(25-27)
Luxol ukoll kisbu post fis-semifinali wara rebħa kbira kontra Tigers 127-64 fejn din kienet it-tieni partita konsekuttiva fejn fiha qabżu l-mitt punt. Għal Luxol kien hemm id-debutt ta’ Nenad Bukva però kien nieqes Marko Matijevic fil-waqt li Tigers kellhom biss seba’ players. Wieħed jispera li ġaladarba jibda l-kampjonat it-team ta’ Tigers jissaħħaħ fin-numru ta’ players għall-kumplament tal-istaġun. Tigers fetħu l-partita b’żewġ trippli minn Ferdinand Lisondra. Hawn però Luxol bdew jirrispondu hekk kif għamlu run ta’ 15-2 bi trippli ta’ Darron Howard u Nathan Xuereb, Wara basket ieħor minn Keith Micaller għal Tigers, Luxol għamlu 11 -il punt ieħor mingħajr risposta għal skor ta’ 30-10. It-tieni sessjoni kienet fuq l-istess ritmu, fejn Luxol komplew ikabbru l-vantaġġ meta fetħu b’run ta’ 15-4 fl-ewwel ħames minuti. Għal Tigers kien hemm risposta permezz ta’ punti minn Micaller, iżda wettqu wkoll sensiela ta’ turnovers fejn Luxol approfittaw minnhom u komplew jagħmlu ħsara lil Tigers b’runs frekwenti. Huma kellhom fost l-oħrajn aktar trippli minn Howard flimkien ma’ Xuereb u Isaac Azzopardibiex daħlu jistrieħu 65-22 minn fuq.
Fit-tielet sessjoni, Luxol kabbru l-vantaġġ tagħhom aktar, fejn fost l-oħrajn kien hemm sensiela ta’ punti minn Jones Mccrary u trippli ta’ Xuereb. Luxol għamlu run qawwija ta’ 20-5 Tigers irnexxielhom iġibu xi punti sporadiċi, iżda kienu ftit wisq hekk kif Luxol għaqqdu l-mitt punt b’baskets minn Howard għal skor ta’ 102-37. L-aħħar sessjoni kienet biss formalita hekk kif kienet l-aktar waħda bilanċjata. Minkejja li Tigers kellhom reazzjoni bi break ta’ 14-6 fil-bidu tas-sessjoni, Luxol komplew iżidu l-punteġġ permezz ta’ Howard u Stefan Cappello biex ħarġu rebbieħa 127-64.
Luxol Sherries Estates: D. Howard 41, E. Caruana Montaldo, A. Azzopardi 10, I. Azzopardi 6, JP Schembri 7, N. Xuereb 30, P. Engelbert 2, N. Bukva, C. McCrary 14, S. Cappello 17.
Tigers: E. Masilungan 3, M. Brown 19, K. Micaller 17, M. Jalkh 6, D. Massa 2, F. Lisondra 16, S. Saakian1.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Nicky Azzopardi, Miguel De Flavia.
//= $special ?>