Colin Schembri
Athleta…………………45
Caffè Moak Luxol…75
(21-21)(12-22)(7-18)(5-14)
Caffè Moak Luxol bdew jiddefendu dan l-unur li rebħu l-istaġun li għadda msemmi għall-fundatur tagħhom b’rebħa fuq Athleta 75-45. Luxol kellhom nieqsa lil Josephine Diaby iżda rkupraw lil Sarah Sciberras fil-waqt li Athleta kienu bl-istess formazzjoni ta’ ġimgħa ilhu. Luxol kienu dominanti l-aktar mit-tieni sessjoni ‘l quddiem, filwaqt li Athleta bdew tajjeb iżda tilfu l-momentum hekk kif Luxol ħarġu qawwijin fit-tieni nofs tal-partita. Fost dawn kien hemm id-dħul ta’ Sarah Pace li għen mhux ftit biex Luxol qabdu r-ritmu tar-rebħa. Ahleta bdew il-logħba fuq nota pożittiva, fejn fetħu l-iskor b’run ta’ 4-2 grazzi għal Kennedi Williams u Nicole Vella. L-ewwel minuti kienu bilanċjati, hekk kif Luxol wieġbu permezz ta’ Sarah Fenech Pace.Hawn Athleta żammew pressjoni b’run ta’ 13-4, fejn kienu effettivi minn barra ż-żona, grazzi għal trippli minn Vella flimkien ma’ Camila Londono u Kaya Abela li tawhom vantaġġ ta’ 19-8. Luxol għamlu reazzjoni lejn l-aħħar żewġ minuti tas-sessjoni b’run ta’ 13-2, immexxija mill-aħwa Fenech Pace u l-Amerikana Brandy Huffhines u għalqu s-sessjoni f’parità 21-21. Fit-tieni sessjoni, Luxol ħarġu b’saħħithom u bdew b’run ta’ 10-5, fejn Huffhines u Fenech Pace komplew ikomplu jkabbru l-vantaġġ tagħhom. Athleta sabu diffikultà fil-fażi difensiva, u minkejja trippla ta’ Vella Luxol baqgħu fil-kontroll. L-aħħar parti tas-sessjoni rat lil Luxol japprofittaw minn turnovers ta’ Athleta biex jagħmlu run oħra ta’ 12-7 fejn Fenech Pace u Huffhines komplew iżommu lil Luxol fuq quddiem u daħlu jistrieħu fuq quddiem 43-33.
It-tielet sessjoni kompliet tkun diffiċli għal Athleta, hekk kif Luxol bdew is-sessjoni b’run ta’ 12-0, li għamlet l-iskor 33-52. Luxol komplew jużaw b’mod eċċellenti l-fażi difensiva tagħhom biex jikkapitalizzaw fuq fast breaks u turnovers tal-avversarji. Huffhines kellha sensiela ta’ punti konsekuttivi fejn għamlu run oħra ta’ 18-7. Luxol għalqu din is-sessjoni b’vantaġġ komdu ta’ 61-40. Fl-aħħar sessjoni, Luxol komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom b’run oħra ta’ 10-2, b’Lisa Fenech Pace u Abela jkomplu jikkontribwixxu għall-Luxol. Athleta kellhom risposta minn Londono, iżda ma rnexxilhomx jagħmlu biżżejjed biex jerġgħu jidħlu lura fil-logħba. Luxol għalqu l-partita b’run finali ta’ 14-5, biex ħarġu rebbieħa 75-45.
Athleta: K. Williams 8, M. Ferrante 2, N. Vella 15, M. Cassar Pickard, J. Cipriot, C. Londono 9, K. Abela 2, N. Cassar, C. Caruana, K. Abela 3, L. Camilleri 6, L. Farrugia.
Caffè Moak Luxol: G. Carabott, S. Pace 3, L. Fenech Pace 2, M. Marmara, N. Vella 3, J. Said, E. Abela 9, S. Fenech Pace 18, B. Huffhines 21, V. Baldacchino 8, S. Sciberras, A. Fenech Pace 11.
Referees: Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi
Bettson Depiro 77
Valletta Lioneses 55
(19-17)(17-16)(27-15)(14-12)
L-aħħar team li għamel id-debutt kienu l-Valletta Lioneses fl-ewwel dehra ta’ team mill-Kapitali fil-basketball femminili.It-team huwa magħmul minn diversi players ta’ Fusion mill-istaġun li għadda flimkien ma’ players bħal Sabrina Abugrin, Aleksandra Nikishin u l-Amerikana Janea Barnes taħt it-tmexxija wkoll ta’ Harry Savaya. Depiro kellhom nieqsa lill-Amerikana Jensen Caretti wara l-injury tal-ġimgħa li għaddiet. Kienm hemm ukoll l-inklużjoni għall-ewwel darba taż-żagħżugħa Hannah Farag. Kienu Depiro li bdew l-aħjar, fejn fetħu l-punteġġ permezz ta’ punti minn Neve Borg b’run ta’ 6-1 grazzi għal Julia Borg u Claire Ciantar. Valletta irrispondew permezz ta’ Milica Stefanovic u Hayley Grixti bi trippla u naqqsu d-distakk b’run ta’ 8-3 biex għamlu l-iskor 9-8. Kien hemm punti fuq iż-żewġ naħat biex Valletta ħadu vantaġġ ta’ punt 12-11. Depiro reġgħu ħadu kontroll tal-logħba b’run ta’ 8-5 lejn it-tmiem tas-sessjoni biex temmew il-perjodu 19-17 minn fuq. Fil-bidu tat-tieni sessjoni il-partita kompliet tkun bilanċjata, b’Valletta jagħmlu run qasira ta’ 5-3. Depiro irrispondew permezz ta’ Julia Borg Xerri u Borg, f’run ta’ 7-2 biex għamlu l-iskor 26-21. Valletta reġgħu rkupraw għal ftit permezz ta’ punti minn Barnes, qabel ma Depiro kellhom il-punti minn Borg u Kristy Galea fil-minuti finali tal-perjodu li wasslithom biex itemmu s-sessjoni fuq quddiem 36-33.
Wara l-intervall, Depiro kellhom run qasira ta’ 10-4, biex kabbru l-vantaġġ 46-37. Valletta rrispondew, iżda kellhom sensiela ta’ turnovers li għenu biex Depiuro ikomplu jkabbru l-vantaġġ. Galea u Borg Xerri kienu strumentali f’din il-fażi fejn Depiro għamlu run oħra ta’ 11-4 għal skor ta’ 63-48 favur Depiro. Fl-aħħar perjodu, Depiro komplew ikabbru l-vantaġġ b’run qasira ta’ 8-3. Valletta kellhom risposta minn Barnes u Nikishin però kienu għadhom 15 -il punt minn taħt 53-68. Depiro għalqu l-logħba b’run finali ta’ 14-7, b’Borg Xerri u Galea jaqsmu l-punti flimkien ma’ Claire Ciantar u trippla ta’ Julienna Magri għal skor finali ta’ 77-55 favur Depiro.
Bettson Depiro: J. Borg 25, L, Catania, J Borg Xerri 15, J. Magri 3, J. Mallia, L. Sciberras, C. Ciantar 12, M. Micallef, N. Borg 5, K. Galea 17, H. Farag.
Valletta Lioneses: A. Parnis 2, J. Barnes 24, S. Abugrin 9,M. Stefanovic 7, M. Momcilovic 1, M. Mifsud, A. Nikishin 9, H. Grixti 3, N. Montalvo, T. Nikishin.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Andre Attard.
//= $special ?>