L-għaqda ‘Inħobb il-Futbol Foundation’ ħabbret li se tkun qed tagħmel żewġ inizjattivi ġodda indirizzati għat-tfal tal-iskejjel, bl-ewwel waħda tkun iffukata fuq l-objettivi tal-Ġnus Magħquda relatati mal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li t-tieni waħda tiffokka fuq l-importanza li wieħed ikun infurmat biżżejjed fuq it-tfal bil-kundizzjoni tal-ADHD.
L-IFF laħqet ftehim mal-awtoritajiet konċernati, kif ukoll se jkunu qed jaħdmu id f’id mal-għaqda ‘ADHD Malta’ biex ikomplu jqajmu kuxxjenza fuq l-ADHD, bl-użu tal-futbol fl-iskejjel. Il-proġett ‘Break Time- Football for ADHD’, se jibda minn Ottubru hekk kif dan ix-xahar huwa dedikat għall-ADHD. Parti mill-inizjattiva se jinkludi vidjo edukattiv li se jintwera fl-iskejjel, kif ukoll numru ta’ attivitajiet tal-futbol li se jintlagħbu madwar Malta u Għawdex.
Il-proġett, ‘Football for the Goals’ se jkun qiegħed jiffoka biex jippromovi l-iżvilupp sostenibbli madwar il-komunità tal-futbol.
F’dan il-proġett, total ta’ 17-il klassi se jkunu qed jieħdu sehem, fejn irċievew t-shirts bit-tema ta’ din l-inizjattiva. Bħala parti minn dan il-proġett, dawn il-klassijiet se jieħdu sehem anke f’żewġ avvenimenti tal-futbol, li mistennija jsiru f’Novembru u fi Frar tas-sena 2025.
//= $special ?>