Qormi Daikin rebħu l-Għaqda Ġurnalisti Sport Super Cup tal-Hockey wara li għelbu lil Floriana Young Stars 4-0.
Din kienet logħba li fetħet l-istaġun 2024/25 tal-Hockey bejn żewġ timijiet rebbieħa tal-kampjonat u l-kompetizzjoni KO.
Kienet logħba fejn il-Qriema ħadu l-okkażjonijiet li ġewhom u kkastigaw lill-Furjaniżi li minkejja li ppruvaw, ftit irnexxielhom jinfdu d-difiża organizzata tal-avversarji.
Qormi marru minn fuq wara biss sitt minuti meta kien Luke Bajada li mill-viċin għeleb lill-goalkeeper Marvin Grixti.
Fit-tieni quarter, Qormi Daikin irduppjaw l-iskor meta kien Kyle Micallef li rċieva tajjeb mingħand Luke Bajada sabiex xeħet il-ballun wara Grixti.
Hekk kif fit-tielet quarter, Floriana kellhom gowl imħassar wara rregolarità, fir-raba’ u l-aħħar quarter, Qormi Daikin issiġillaw ir-rebħa b’żewġ gowls ta’ Julian Zahra u Kyle Micallef.
Fi tmiem il-konfront setgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Qormi li laħqu l-qofol tagħhom meta Robert Busuttil, membru fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sport, ippreżenta t-tazza lill-plejer ta’ Qormi Daikin Wyatt Magri.
//= $special ?>