Futbol Sport

Rebħa komda għall-Italja f’Udine, jirbħu wkoll Franza u l-Ġermanja

(Ritratt: EPA)

L-Italja ta’ Luciano Spalletti kisbu rebħa komda ta’ 4-1 fuq Iżrael. Il-gowls tal-Italja waslu permezz ta’ penalty minn Mateo Retegui fl-ewwel taqsima, żewġ gowls ta’ Giovanni Di Lorenzo u gowl ta’ Davide Frattesi fit-tieni taqsima. Għal Iżrael skorja Mohammad Abu Fani.

Franza rkupraw minn gowl żvantaġġ biex għelbu lill-Belġju 2-1. Il-Belġju b’ċans li jmorru fil-vantaġġ wara 23 minuta, iżda Youri Tielemans xeħet il-penalty tiegħu għoli. Randal Kolo Muani xeħet lil Franza fil-vantaġġ permezz ta’ penalty fil-35 minuta. Lois Openda għamilhom 1-1 qabel il-mistrieħ. Kolo Muani għal darb’oħra poġġa lil Franza fil-vantaġġ fit-62 minuta, liema skor baqa’ ma nbidilx sat-tmiem.

Il-Ġermanja għelbu lill-Olanda bl-iskor ta’ 1-0. Jamie Leweling kellu gowl imħassar permezz tal-VAR wara żewġ minuti, iżda l-istess plejer skorja dak li kellu jkun il-gowl deċiżvi fit-63 minuta.